Godfrey Farrugia ddikjarat Kap ġdid tal-Partit Demokratiku

...elezzjoni li kellha ssir illum se tkun ikkanċellata hekk kif Farrugia kien maħtur minn Kummissjoni Elettorali maħtura mill-PD

Godfrey Farrugia, l-Kap il-ġdid tal-PD
Godfrey Farrugia, l-Kap il-ġdid tal-PD

Godfrey Farrugia ġie ddikjarat Kap ġdid tal-Partit Demokratiku minn Kummissjoni Elettorali indipendenti maħtura mill-partit.

L-elezzjoni għal kap li hi skedata għal-lum, is-Sibt, 13 ta’ Ottubru 2018 m’għandhiex bżonn issir.

Farrugia jinsisti li l-Partit Demokratiku jibqa’ fuq quddiem nett jaħdem favur soċjetà edukattiva, miftuħa, u Ewropea, fejn il-partecipazzjoni attiva trażżan l-esklużjoni. "Il-PD jwiegħed li jerġa' jdaħħal l-onestà u d-dinjità fil-qalba tal-politika Maltija, u jagħti vuċi aktar soda liċ-ċittadini li jemmnu li pajjiżna jixraqlu jkun iggvernat b’responsabiltà għal dak li hu sew b’mod li jagħmilna lkoll kburin, filwaqt li jtejjeb l-istil ta’ ħajja li ngħixu  u jiggarantixxi dik tal-ġenerazzjoni ġejjiena."

 

More in Politika