Sewwieq iweġġa' wara li tilef il-kontroll u daħal f'karozza pparkjata

Iż-żagħżugħ li għandu 21 sena qed isofri minn ġrieħi gravi

Żagħżugħ ta’ 21 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ħabat ma’ vettura pparkjata fi Triq it-Tempesta, il-Qrendi.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-4:30am.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li għal xi raġuni ż-żagħżugħ tilef il-kontroll u ħabar mal-vettura l-oħra.

Huwa ttieħed immedjatament l-Isptar għall-kura.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

More in Politika