Simon Busuttil iwaħħal fil-Gvern għan-nirien fil-Magħtab

Skont Simon Busuttil, kieku l-Gvern baqa' jinvesti fil-Magħtab, l-inċident ta' dalgħodu ma kienx iseħħ

Filwaqt li l-kawża tan-nirien li ħakmu l-Magħtab għadhom mhux magħrufa, l-eks Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, saħaq li n-nirien "huma riżultat ta' Gvern li moħħu biss biex jixtri l-voti u ma jinteressaħx f'dak li huwa importanti...bħall-kwalità tal-arja."

Fuq Facebook, Simon Busuttil saħaq li "meta l-ġid komuni jitwarrab, inbatu wkoll."

Insista li kieku l-Gvern baqa' jinvesti fil-Magħtab, kif fi kliemu kien isir qabel l-2013, l-inċident ta' dalgħodu ma kienx iseħħ.

Id-Deputat Beppe Fenech Adami kien tal-istess fehma u staqsa kif jista' Joseph Muscat iżomm kelmtu li l-pajjiż ikollu arja nadifa.

More in Politika