Filmat | In-nirien taħt kontroll; Ir-residenti jistgħu jiftħu t-twieqi

Dħaħen kbar jiddominaw is-sema fl-inħawi tal-Magħtab hekk kif  nirien kbar ħadu fil-miżbla...

In-nirien fil-miżbla tal-Magħtab
In-nirien fil-miżbla tal-Magħtab

Dalgħodu, nirien kbar dalgħodu ħakmu l-miżbla tal-Magħtab bid-daħna kbira u sewda tidher minn diversi lokalitajiet f'Malta u Għawdex.

Residenti tal-Qawra, li tkellmu ma' dan is-sit, spjegaw kif id-daħna kienet waħda enormi u saħqu l allaħares li r-riħ kien lejhom, għax kieku d-daħna kienet tispiċċa kollha għandhom.

'Allaħares inzerta jonfoħ 'l hawn ir-riħ għax kien jifgana," qalet waħda mir-residenti li tkellmet ma' dan is-sit. 

 

Iżda jekk tal-Qawra ħelsuha, ħafna residenti oħrajn intalbu biex jieħdu miżuri ta' prekawzjoni.

Fil-fatt, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili talab lis-sewwieqa biex ma jsuqux fl-inħawi u talbu lir-residenti tan-Naxxar, San Ġwann u Sliema biex iħallu t-twieqi tad-djar tagħhom magħluqin. 

Madanakollu, fuq post li ttella' aktar tard fuq Facebook, il-Protezzjoni Ċivili saħqu li n-nirien jinsabu taħt kontroll.

Fil-fatt, in-nirien jinsabu fl-istadju tal-'cooling' li jista' jieħu diversi sigħat. Madanakollu l-periklu għadda u r-residenti jistgħu jerġgħu jiftħu t-twieqi.

 

Bħalissa fil-Magħtab...

Sa issa għadu mhux magħruf x'ikkawża n-nirien li beda għall-ħabta tas-6am.

Fuq il-post hemm preżenza qawwija ta' vetturi tat-tifi tan-nar u ambulanzi għalkemm għad ma hemm l-ebda indikazzjoni li weġġgħu xi persuni.

Din hija t-tieni darba li qabad impjant tal-Wasteserv fi ftit aktar minn sena. F'Mejju tas-sena li għaddiet faċilitá tar-riċiklaġġ f'Marsaskala kienet inħakmet ukoll min-nirien qawwija. Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kienu għamlu sigħat sħaħ jissieltu man-nirien.

Aktar ritratti tad-daħna
Aktar ritratti tad-daħna

Ara aktar ritratti hawn.

 

More in Kronaka