Esklussiva | Kien il-Vatikan li 'ħafer' qassis Malti akkużat 'b'attenzjoni żejda' fuq tfal

...wara li ħarġet l-istorja li Dun Felix Cini kien qed iqaddes f'Bormla, dan is-sit jista' jiżvela li kien l-Vatikan li ta l-assoluzzjoni

Kien il-Vatikan li ħafirlu
Kien il-Vatikan li ħafirlu

Dan is-sit jista' jiżvela illi Dun Felix Cini, li kien akkużat "b'attenzjoni żejda" fuq 17-il tifel u tifla fl-Italja madwar 15-il sena ilu, ingħata l-permess li jkompli jqaddes, kif fil-fatt qed jagħmel f'Bormla bħalissa, mill-Vatikan. Dun Cini aċċetta li jidħol f'dak li sejħulu pattegiamento, allura ftehim illi permezz tiegħu aċċetta parti mill-ħtija, filwaqt li l-akkużati waqqgħu wħud mill-akkużi. 

Dan is-sit qed jiżvela din l-informazzjoni wara li iktar kmieni llum Manuel Delia reġa fakkar f'artikli li kienu ħarġu diġa' fuq ġurnal lokali. 

Fil-mumenti li għaddew dan is-sit għamel riċerka li wasslet għall-informazzjoni li fil-fatt, kien il-Vatikan li ta l-permess lil dan il-qassis biex jerġa jibda jqaddes. Qabel reġa' ġie Malta minħabba problemi ta' saħħa fost qraba tiegħu u beda jqaddes f'Bormla. 

Il-Vatikan kien irrappurtat jgħid hekk: "Holy See has been constantly informed about Don Felix, recently examined the case, approved the work of the Bishop of Grosseto and the Archbishop of Campobasso and noted with satisfaction that the priest has made a profitable path of awareness, inner maturity and recovery of compromised dignity. The Holy See ruled, however, that it is prudent to assign the priest to another appointment on ground of expediency. The same Holy See and bishop who accompanied Don Felix on the way to rebirth warmly thank the community of Cercemaggiore which upheld the priest without prejudice." 

 

More in Politika