Twissija ċara lil tal-pastizzi dwar il-prezzijiet

L-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni twissi li ftehim dwar prezzijiet huwa illegali u twissi...

L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni dalgħodu rrefera għar-rapporti li dehru fl-istampa fejn intqal li kien hemm ftehim bejn numru ta’ produtturi tal-pastizzi li jgħollu l-prezz bi 33%.

"Ftehim dwar prezzijiet hu projbit taħt l-Att dwar il-Kompetizzjoni u azzjonijiet bħal dawn jirriżultaw fi ksur ta’ dan l-att," sostna l-Ufiċċju li fakkar kif il-produtturi jridu jistabbilixxu l-prezz lill-konsumatur indipendentament minn xulxin.

"Jekk l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni jikkunsidra li kien hemm xi ksur tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, l-Uffiċċju jipproċedi kontra dawn l-intrapriżi skont il-liġi."

More in Politika