Il-PM jsellem lil Mintoff fil-102 anniversarju minn twelidu

Dalgħodu Joseph Muscat poġġa kuruna ta' fjuri fuq il-monument tal-eks Prim Ministru

Dalgħodu, il-Prim Ministru Joseph Muscat sellem il-memorja tal-preduċessur tiegħu, l-eks Prim Ministru Duminku Mintoff.

Bħal-lum, il-Perit Mintoff kien jagħlaq sninu u kieku għadu ħaj, illum għalaq 102.

Muscat fakkar dan l-anniversarju billi poġġa kuruna ta' fjuri fuq il-monument li jfakkar lill-eks Prim Ministru fi Pjazza Kastilja.

Dan il-monument inkixef fil-31 ta' Mejju li għadda.

More in Politika