Qorti | Kisser ħġieġa u kien lest biex iniffed lilu nnifsu....

...sakemm indunaw il-Pulizija u ngħata injezzjoni biex ikkalmawh. Spiċċa l-ITU u issa l-Isptar Monte Carmeli jistenna sentenza fil-konfront tiegħu

Ħġieġ imkisser biex iweġġa lilu innifsu...
Ħġieġ imkisser biex iweġġa lilu innifsu...

Priġunier vjolenti li allega illi l-Pulizija kienu sawtuh, intuża taser gun fuqu biex ma jitħalliex iweġġa lilu nnifsu.

Il-Pulziija dalgħodu ħadu lill-akkużat il-Qorti quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella. L-akkużat, li għandu rekord kriminali pjuttost ikkulurit, kien akkużat illi rreżista lill-Pulizija fid-Depot tal-Furjana u l-Isptar Mater Dei, li hedded numru ta' uffiċjali tal-Pulizija u weġġa' lil wieħed, li kiser il-paċi pubblika, filwaqt li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest (bail).

L-Ispetturi Priscilla Caruana Lee u Jeffrey Scicluna mexxew il-prosekuzzjoni. 

L-avukat difensur talab li ssir inkjesta Maġisterjali hekk kif l-akkużat qed ikun akkużat illi safa' msawwat.

L-Ispettur Caruana Lee qalet illi r-raġel beda jħabbat rasu mal-bieb ta' fejn kien qed jinżamm, fil-lock up. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għal checkup. Caruana Lee kompliet tgħid illi f'dan il-mument ta' daqqa ta' sieq is-Surġent. 

Lura fil-lock up il-Pulizija semgħu lill-akkużat ikisser ħġieġa tal-kamra tal-banju. Kellu biċċa ħġieġa f'idejh, malli sabuh il-Pulizija u kien wasal biex jibda jaqta' lilu nnifsu. F'dan il-mument intuża t-taser gun fil-konfront tal-akkużat.  

L-ispettur qal li kellha tintuża injezzjoni biex ikun ikkalmat. Hu spiċċa l-ITU.

L-Avukat tal-akkużat Noel Bianco ikkontesta l-validità tal-arrest. "L-ebda tabib ma jagħti doża qawwija biżżejjed li biha tispiċċa l-ITU," qal l-avukat. L-Ispettur Scicluna iġġustifika dan billi qal illi l-akkużat tant kien agressiv li bilfors kellhom jikkalmawh u allura kellu jkun taħt attenzjoni medika kostanti."

L-akkużat allega li hu kien imsawwat.

Il-Qorti assigurat li l-allegazzjoni ta' brutalità se tkun indirizzata billi se jkun appuntat espert mediku. Espert ieħor kien appuntat biex jeżamina filmati CCTV.

L-arrest kien dikjarat validu u ma l-akkużat ma ngħatax ħelsien mill-arrest. L-akkużat se jinżamm f'Monte Carmeli.

More in Politika