Aġġornata | New York Times u oħrajn joħolqu stennija għal 'stejjer li ma lestietx' Daphne

45 ġurnalist, fosthom minn  Reuters, la Repubblica, Le Monde u Times of Malta se jikkonkludu l-istejjer li ma spiċċatx Daphne...Tgħid se nisru nafu ta' min hija Egrant? Jew x'ġara f'Soho?

Daphne Caruana Galizia ma' binha Matthew
Daphne Caruana Galizia ma' binha Matthew

Minn nhar it-Tlieta konsorzju ta' ġurnalisti, 45 b'kollox, se jkunu qed joħroġu numru ta' stejjer ikkordinati mill-għaqda ta' ġurnalisti msejħa 'Stejjer Projbiti' . Dawn il-ġurnalisti minn diversi djar tal-midja internazzjonali u anke lokali daħlu fid-dettall u studjaw madwar 750,000 file u dokument uffiċjali "biex jikkonkludu x-xogħol tal-ġurnalista."

Id-djar tal-midja jinkludu The New York Times, The Guardian, Reuters, le Monde u La Republica kif ukoll it-Times of Malta, lokalment. 

Dawn se jibdew jippublikaw l-istejjer minn nhar it-Tlieta li ġej, jumejn oħra. 

Fost l-aktar storja, jekk mhux l-aktar storja, taħraq li Caruana Galizia  ppublikat  hemm dik dwar il-kumpanija fil-Panama Egrant Inc. li kienet miftuħa fl-istess żmien li nfetħu Tillgate Inc. u Hearnville Inc. proprjetà tal-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri. Is-sid ta' Egrant dejjem baqa' misteru għalkemm Daphne Caruana Galizia kienet allegat li skont sorsi, li fosthom hemm Maria Efimova, f'safe fil-kċina fil-Bank Pilatus kien hemm dokumenti li juru illi Egrant Inc. hija ta' Michelle Muscat. Hija allegat ukoll li kienet saret tranżazzjoni li turi illi għaddew $1 miljun f'dan il-kont mill-Ażerbajġan. 

Il-PM u Michelle Muscat ċaħdu dawn l-allegazzjonijiet u sejħulhom gidba.

Imma apparti minn hekk Caruana Galizia kellha storja oħra li qatt ma spiċċat b'mod definit u din hija dwar l-allegazzjonijiet li saru fil-konfront tal-Kap tal-Oppoizzjoni Adrian Delia. Caruana Galizia kienet akkuat lil Delia illi għandu kont f'jersey, post li huwa blacklisted mill-UE. Hija allegat illi minn dan il-kont kienu għaddew flus li ġejjin mill-prostituzzjoni f'Soho. 

More in Politika