Id-Deputat Ivan Bartolo bbojkottja l-festi tal-Valletta 2018 għax 'bżar fl-għajnejn'

Ma' dan is-sit jgħid li dan kollu kien 'bżar fl-għajnejn' u li ma 'ċediex' biex jattendi għall-attivitajiet ta' nhar is-Sibt...

Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo
Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo

Apparti d-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech, dan is-sit jista' jiżvela illi d-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo wkoll iddeċieda li jibbojkottja l-attivitajiet li saru nhar is-Sibt li għadda għall-ftuħ tal-Valletta 2018. Ikkuntattjat minn dan is-sit dwar artiklu li se jkun ippublikat nhar il-Ħadd li ġej fuq il-gazzetta ILLUM, id-Deputat Nazzjonalista ikkonferma li hu ma marx għall-attivitajiet.

Bartolo jgħid li min kien fqir, fqir baqa' wara l-ispettaklu ta' nhar is-Sibt li għadda, "filwaqt li ċċelebrajna l-festa tal-bżar fl-għajnejn, mijiet ta’ postijiet tal-housing fil-Belt Valletta baqgħu fi stat tat-tielet dinja u mhux xierqa lejn il-Belt kapitali tal-kultura...."

Huwa jtemm jgħid illi hu kien mistieden "għal festa tal-bżar fl-għajnejn, imma ma ċedejtx quddiem l-aljenazzjoni għat taparsi kulturali. Filwaqt li ma rajt xejn, m’għandix dubju mill-professjonalità ta’ l-artisti Maltin. 

Nhar il-Ħadd li ġej fuq il-gazzetta ILLUM, intervista maċ-Chairman tal-Valletta 2018 Jason Micallef. L-artiklu sħiħ ta' Bartolo jidher nhar il-Ħadd ukoll. 

More in Politika