Titħabbar il-mewt tal-Isqof Silvestru Magro

Il-Quddiesa 'presente cadavere' u l-funeral se jsiru nhar it-Tnejn li ġej

It-Tnejn fl-10 ta’ filgħodu fil-Katidral tal-Mdina se ssir il-Quddiesa ‘presente cadavere’ tal-Isqof Silvestru Magro.

Għada fit-8.30 ta’ filgħodu, l-korteo funebri se jitlaq mill-isptar Mater Dei sas-Saqqajja fir-Rabat, fejn il-Banda L’Isle Adam u l-Banda Sliema se jakkumpanjaw il-korteo sal-Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani Minuri fi Triq San Pawl fir-Rabat.

It-Tnejn, il-korteo funebri se jitlaq fid-9.30 mill-Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani Minuri tar-Rabat sal-Katridal tal-Mdina fejn ssir il-Quddiesa. Il-mewt tal-Isqof Silvestru Magro tħabbret aktar kmieni llum, huwa kellu 76 sena.

L-Isqof Magro twieled fl-14 ta’ Frar tal-1941 u ngħaqad mal-Patrijiet Franġiskani fl-1957 sakemm sar saċerdot fl-1966. Fl-1982 kien inħatar Kappillan tal-Parroċċa tas-Sacro Cuor f’Tas-Sliema u fl-1988 ingħaqad mal-missjoni Franġiskana tal-provinċja ta’ Milan fil-Libja, li għaddiet f’idejn il-provinċja ta’ Malta.

L-Isqof Magro nħatar ukoll Vigarju Ġenerali tal-Isqof Giovanni Martinelli u serva wkoll bħala Kappillan tal-komunità Maltija u dawk li jitkellmu bil-lingwa Ingliża.

Fl-1997 inħatar Isqof ta’ Salde u Vigarju Appostoliku ta’ Bengażi fil-Libja. Fl-2002 ingħata l-ġieħ tal-‘Cross of the Equestrian Order of Merit’ mill-President tal-Polonja. Rapporti fil-Libja kienu jgħidu li ftit tal-jiem wara li l-Isqof Magro telaq mil-Libja, l-Knisja li kien jieħu ħsieb spiċċat tagħmel żmien tintuża bħala maħżen għall-armi tal-ISIS

More in Politika