Il-knisja ta’ Bengażi qed tintuża bħala maħżen tal-armi mill-ISIS

L-Isqof Malti telaq mill-knisja 5 t’ijiem ilu

Il-Kattidral ta’ Bengażi
Il-Kattidral ta’ Bengażi

Rapport li ħareġ dalgħodu fuq l-istazzjon televiżiv Libjan Awalan TV, jgħid li skont il-Kap tas-Servizzi Militari Libjan, il-Knisja Kattolika ta’ Bengażi qed tintuza bħala maħżen tal-armamenti mill-ISIS.

L-Isqof li jmexxi din il-knisja hu l-Malti Silvestru Magro li propju wasal Malta nhar is-Sibt li għadda. L-Isqof Magro qiegħed Malta fi triqtu lejn Ruma fejn hu mistenni li jiltaqa' mal-Papa Franġisku u jinfurmah bis-sitwazzjoni preżenti fil-Libja.
 

More in Politika