Il-MAM tgħid li l-kuntratt li ffirma l-Gvern mal-kumpanija VGH huwa 'dubjuż' u 'jinten'

'Fejn marru l-€34 miljun li l-Gvern għadda lil kumpanija VGH fl-2017?' Tistaqsi l-Assoċjazzjoni Medika Maltija....

Ritratt tal-ftehim bejn il-MAM u l-Gvern dwar il-proġetti tal-Isptarijiet li se jitmexxu mill-VGH
Ritratt tal-ftehim bejn il-MAM u l-Gvern dwar il-proġetti tal-Isptarijiet li se jitmexxu mill-VGH

Il-kuntratt ffirmat bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare (VGH) huwa wieħed 'dubjuż' u 'jinten'. Hekk sostna f'konferenza tal-aħbarijiet is-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) Martin Balzan. Huwa mar pass oltrè u sejjaħ għall-posponiment tal-iffirmar tal-kuntratt illi permezz tiegħu Vitals Global Healthcare se tbiegħ l-isptarijiet lil Steward Healthcare. Balzan qal li dan l-iffirmar għandu jkun pospost sakemm tkun konkluża l-investigazzjoni tal-Awditur fil-bejgħ tal-isptarijiet lil VGH. 

Balzan sostna li VGH m'għamlux investiment ħlief xogħol ta' skavar f'Għawdex u xogħol li sejjaħ 'kożmetiku' fuq il-faċċata tal-isptar San Luqa. Huwa staqsa allura x'sar minnhom l-€34 miljun li l-Gvern għadda lil VGH fl-2017. Staqsa wkoll għalfejn il-Gvern aċċetta dan il-bejgħ.

"Dan il-kuntratt jaħdem kontra l-interess tal-pazjent u tal-pajjiż," sostna Balzan.

Il-konferenza tal-MAM hija eku tal-kwistjoni li reġgħet qamet fir-rigward tal-bejgħ li sar fl-2015 ta' tliet sptarijiet pubbliċi u li qajjem ħafna mistoqsijiet. Aktar mistoqsijiet qed iqumu issa li l-kumpanija li xtrat it-tliet sptarijiet Maltin, 21 xahar biss wara l-iffirmar tal-kuntratt għal 30 sena, se tbiegħom lura. 

Il-Vitals Global Healthcare hija kumpanija li qatt ma kellha esperjenza fil-qasam tas-saħħa qabel. Il-holding company tagħha hija Bluestone, li għandha bħala Diretturi lil Mark Edward Pawley u Ram Tumuluri. L-unika shareholder f'din il-kumpanija għandu indirizz fil-British Virgin Islands u huwa anonimu fir-rekords pubbliċi tal-istess kumpanija. 

Intant biex tkun taf eżatt x'ġara u x'inhi l-istorja tal-kumpanija Vitals f'Malta u lilhinn, agħfas hawnhekk

More in Politika