Il-PM jiltaqa' ma' Trump fi New York

Dan waqt l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonjiet Magħquda.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat u martu Michelle Muscat iltaqgħu mal-President tal-Istati Uniti Donald Trump u martu Melania Trump waqt l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonjiet Magħquda li qed tiltaqa’ fi New York.

Matul din l-assemblea, li għaliha qed jattendu aktar minn 190 pajjiż, id-diskussjonijiet qed jiffukaw b’mod speċjali fuq it-terroriżmu u t-theddida tal-armi nukleari. Fil-laqgħat wara l-kwinti jidher li hemm diskussjonijiet għaddejjin fuq is-sitwazjoni fil-Korea ta’ Fuq.

Illejla Joseph Muscat se jkun qed jindirizza it-72 sessjoni tal-Assemblea.

More in Politika