Scicluna jinsisti li s-suq se jistabbilizza l-prezzijiet tal-kiri

Edward Scicluna jgħid li hawn domanda aktar qawwija mill-provista, li tgħolli l-prezzijiet tal-kiri. 

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li s-suq se jispiċċa jistabbilizza l-prezzijiet tal-kiri. Sostna li l-kwistjoni mhix li hemm bużżieqa li se tinfaqa’ iżda hija hawn domanda aktar qawwija mill-provista, li tgħolli l-prezzijiet tal-kiri.

Waqt 'business breakfast' dwar id-dokument ta’ qabel il-baġit, Edward Scicluna qal li hawn ħtieġa ta’ aktar regolamentazzjoni tal-kuntratti tal-kiri. Qal li trid tizdied il-ħidma biex tintlaħaq id-domanda tal-kiri biex is-suq jaġġusta ruħu.

Il-Ministru għall-Finanzi ħabbar it-twaqqif ta’ task force kontra l-evażjoni tat-taxxa. Huwa tkellem ukoll fuq it-tkabbir ekonomiku u l-immaniġġjar tal-iskart fejn enfasizza fuq il-ħtieġa li jittieħdu deċiżjonijiet importanti għall-problema tal-ispazju u l-ħarsien taż-żoni ‘l barra mill-iżvilupp.

More in Politika