Il-partit tal-ħaddiema li jaħdem il-ħaddiem - PD

Il-PD qed isostni li l-Partit tal-Ħaddiema spiċċa u r-ruħ soċjali tiegħu ntilfet

Ritratt | Facebook Air Malta
Ritratt | Facebook Air Malta

Il-Partit Demokratiku jinnota kif il-Ministru Konrad Mizzi li ġie elett mill-Partit hekk imsejjaħ tal-ħaddiem, qiegħed jhedded lill-ħaddiema tal-Air Malta u bi ħsiebu jċaħħadhom mill-ħobża ta' kuljum, filwaqt investigazzjoni internazzjonali sabet li fl-2013 hu fetaħ kumpanija fil-Panama ftit wara li nħatar fil-Parlament.

Dan l-għemil imur kontra l-istandards tal-ħajja pubblika bħal ma jmur kull theddid minn persuna li għandha din il-kariga.

Il-PD qed isostni li l-Partit tal-Ħaddiema spiċċa u r-ruħ soċjali tiegħu ntilfet u minflok hemm il-partit ta' min jaħtaf l-iktar għas-skapitu ta' min iħallas it-taxxa.

Fi stqarrija l-PD saħaq li wara li ż-żewġ partiti fil-Gvern xebgħu jeħilbu lill-Air Malta u jużawha bħala ballun politiku, jerġa' jkun il-ħaddiem li jħallas il-prezz tal-iżbalji ta' min imexxi.

More in Politika