Kien ħa lil mara separata l-Buskett u ġiegħla tagħmel sess orali fuqu

...Fr Charles Fenech jinstab ħati ta' attentat vjolenti fuq il-pudur ta' mara li għaddiet minn esperjenza ta' suwiċidju - kellu x'jaqsam magħha fil-kunvent ukoll 

Fr Charles Fenech
Fr Charles Fenech

L-eks Direttur tal-Kerygma Fr Charles Fenech instab ħati ta' attentat vjolenti fuq il-pudur ta' mara, li sa ftit qabel kienet sabet soljev fih wara attentat ta' suwiċidju. Dan wara li fix-xhieda tal-istess mara rriżulta li  Fr Fenech, wara li kien serva ta' għajnuna lill-istess vittma meta din kienet l-isptar Monte Carmeli, kien ipprova jġiegħel lill-istess mara tagħmel sess orali fuqu fi-Buskett. Il-mara li kienet għadha kif isseparat minn mar-raġel għall-ewwel irreżistiet, imma eventwalment kellha x'taqsam ma' Fr Fenech diversi drabi, inkluż fil-kunvent stess. 

Hija xehdet fil-Qorti wkoll illi ftit wara li ħarġet mill-Isptar Monte Carmeli fejn kienet qed tieħu l-kura,  stiednet lill-qassis f'festin. Dan kien ħa lill-mara f'post għaliha waħedha u prova jbusha. 

Il-Qorti osservat illi r-relazzjoni bejn l-akkużat u l-mara kienet waħda 'ambivalenti' hekk kif l-akkużat kien fil-fatt mela' ċerta vojt li tħalla wara s-separazzjoni tal-mara minn mar-raġel tagħha...dak li joħroġ mill-każ hija familjarità eċċessiva u mhux opportuna li qabdet art bejn l-mara u l-akkużat."

Il-Qorti osservat li l-mara kienet qed tara psikjatra għal diversi snin u allura dan ifisser illi kienet qiegħda tbati minn xi forma ta' problemi mentali. Innutat illi ma saritx investigazzjoni biżżejjed fuq dan il-punt biex ikun stabbilit jekk il-mara kellhiex l-abilità li tirreżisti l-azzjonijiet lejha. "Fil-verità ma jistax ikun li l-akkużat ma nnutax li l-mara hija persuna vulnerabbli." 

Il-Maġistrat Antonio Micallef Trigona sab lill-qassis ħati ta' attentat vjolenti fuq il-pudur tal-mara, imma mhux li żammha kontra r-rieda tagħha jew ta' indiċenza pubblika. Il-Maġistrat ta' sentenza ta' tliet xhur ħabs sospiżi għal sena lil Fr Fenech. 

 

 

 

More in Politika