Intervista esklussiva | Michelle Muscat intervistata għall-ewwel darba dwar Egrant

Għada l-gazzetta ILLUM se tippubblika l-ewwel u l-unika intervista ma' Michelle Muscat minn mindu ħarġu l-allegazzjonijiet fil-konfront tagħha

Michelle Muscat...f'intervista mal-gazzetta ILLUM
Michelle Muscat...f'intervista mal-gazzetta ILLUM

Għada l-gazzetta ta' kull nhar ta' Ħadd ILLUM se tippubblika intervista esklussiva ma' mart il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Michelle Muscat. Fiha, għall-ewwel darba, hija twieġeb mistoqsijiet dwar l-allegazzjoni illi hi sid ta' kumpanija Egrant rreġistrata fil-Panama u li għaddew mal-$1 miljun minn dan il-kont.

L-allegazzjoni kienet saret mill-blogger Daphne Caruana Galizia u sussegwentement il-PN kien beda kampanja u organizza protesta illi fiha l-Kap tal-PN Simon Busuttil kien talab lill-Pulizija u s-Servizzi Sigrieti biex jagħmlu dak li jistgħu biex ineħħu lil Muscat minn Prim Ministru. 

L-ILLUM iltaqgħet ma' Muscat, staqsietha dwar l-allegazzjoni li saret fuqha, dwar kumpaniji jew kontijiet barra minn Malta, l-inkjesta u l-elezzjoni ġenerali ta' nhar is-Sibt li ġej. 

Titilfux din l-intervista flimkien ma' diversi analiżi, opinjonijiet, proposti mill-manifesti u ħarsa lejn iż-żewġ mexxejja politiċi, Joseph Muscat Simon Busuttil. 

L-ILLUM tkellmet ukoll ma' żewġ switchers, Jean Claude Micallef Liam Sciberras. U editorjal speċjali : L-Għażla bejn Joseph u Simon

More in Politika