Muscat jgħid illi l-FIAU qed tinvestiga lil Beppe Fenech Adami fuq ħasil ta' flus mid-droga

Il-Kap tal-PN Simon Busuttil jgħid illi tliet Maġistrati ma sabu xejn fuq BFA ... Muscat jinsisti li l-investigazzjoni bdiet wara li partijiet issiġġillati tar-rapport kienu preżentati lilu fuq it-talba tiegħu stess

Beppe Fenech Adami
Beppe Fenech Adami

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal illi huwa ingħata aċċess wara t-talba tiegħu stess li jara parti minn rapport tal-FIAU dwar il-każ tal-Capital One. Muscat żvela illi bħalissa għaddejja investigazzjoni fuq Beppe Fenech Adami. "Jien tlabt biex nara ir-rapport tal-FIAU. Beppe Fenech Adami qed jkun investigat," kompa jgħid Muscat,"minħabba każ ta' ħasil ta' flus." Għall-akkuża li qed jigdeb Muscat sostna li l-parti mir-rapport mill-FIAU li qed jirreferi għaliha kienet issiġillata u turi kif kien qed isir ħasil ta' flus li ġej mid-droga.

Il-Kap tal-PN Simon Busuttil, minn naħa tiegħu fakkar illi fuq "Beppe Fenech Adami saret inkjesta bi tliet imħallfin u ma sabu xejn fil-konfront tiegħu, inlkuż il-Maġistrat Philip Sciberras, li l-ħin kollu jgħajjarni fuq Facebook." Muscat reġa sostna li l-proċeduri qed isiru fuq Fenech Adami huma parti mir-rapport tal-FIAU li kien issiġġillat. 

Intant Muscat qal illi wara li kien ilu jsejjaħ għal tant riżenji, jistenna li Busuttil jġiegħel lil Fenech Adami jirreżenja. 

L-istorja kienet żvelata mill-gazzetta Maltatoday f'Ottubru li għadda u kienet irraportat kif investigazzjoni f'allegat ħasil ta' flus fuq droga, imma allegatament waqfet wara li isem Beppe Fenech Adami deher bħala d-Direttur tal-kumpanija Fiduċjarja Maltija, li l-investigazzjoni tal-pulizija kienet turi illi tranżazzjonijiet għal kumpanija li setgħet kienet qed tintuża għal suspettati ta' traffikanti tad-drogi.

Fenech Adami ċaħad u kien spjega kif hu dejjem kien Direttur mhux eżekuttiv tal-kumpanija u li kien irreżenja tliet snin qabel il-każ. Hu kien qal ukollilli qatt ma kien involut fit-tmexxija ta' kuljum tal-kumpanija Baltimore.

Minn naħa tiegħu Busuttil ippublika diversi rapporti tal-FIAU, rapporti li kien ippreżenta l-Qorti u li qed jallega li jipprovaw illi Keith Schembri kien mdaħħal f'ċirku ta' ħasil ta' flus u li l-Bank Pilatus huwa magna ta' ħasil ta' flus.

L-allegazzjonijiet dwar Egrant tiddomina l-ewwel parti tad-dibattitu 

Kif kien mistenni qamet il-kwistjoni li titratta l-akkuża illi Michelle Muscat hija sid ta' kumpanija reġistrata fil-Panama, bil-Prim Ministru jisfida lill-kap tal-Oppożizzjoni minn tal-anqas darbtejn biex jgħid x'jagħmel la, skont Muscat, jirriżulta, li din kienet kollha kemm hi gidba. 

Jaf il-Kap tal-Oppożizzjoni li mhux qed jgħid il-verità, rikeb fuq gidba, tmejjel bin-nies u issa ma jridx iġġorr ir-responsabilità Joseph Muscat

"Jaf il-Kap tal-Oppożizzjoni li mhux qed jgħid il-verità, rikeb fuq gidba, tmejjel bin-nies u issa ma jridx iġġorr ir-responsabilità," sostna Muscat, bil-Kap tal-PN jesiġi u jfakkar illi hemm whistleblower fil-każ partikolari li dehret quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja. Mistoqsi dwar il-kummenti tiegħu lbieraħ fuq il-programm XTra, Muscat qal li għandu fiduċja fil-Maġistrat għalkemm reġa sostna li jekk jitlef l-elezzjoni jirtira mix-xena politika u għalhekk jekk jirriżulta li ta' Egrant kienet gidba tkun 'problema tal-Maġistrat u ta' Simon Busuttil'.

kieku tant konvint, għax ma rreżenjax, għamel lil xi ħadd floku, imbagħad reġa daħal lura innoċenti? Għax m'hux innoċenti, għalhekk għamel elezzjoni Simon Busuttil

Idawwar il-kanuni fuq Busuttil u jerġa jakkużah illi "int qed tibża għax taf li dak li bnejt kienet mibni fuq kalunja. Tant jien ċert li anke jekk jinstab ħjiel ta’ verità nirreżenja. Int tfajt il-ġebla u issa qed taħbi jdejk,” qal Muscat b’Busuttil jgħid li Muscat qed jara kif se jitfa l-ħtija fuq ħaddieħor fuq dan il-każ. 

Minn naħa tiegħu Busuttil sostna li l-pajjiż se jmur għal elezzjoni bil-PM taħt investigazzjoni kriminali "u jien m'għandix dubju li l-maġistrat bilfors se jsib biżżejjed biex jipproċedi...hemm il-gideb ta' Muscat, hemm ukoll il-whistleblower. Imma li kieku tant konvint, għax ma rreżenjax, għamel lil xi ħadd floku, imbagħad reġa daħal lura innoċenti? Għax m'hux innoċenti, għalhekk għamel elezzjoni fl-inqas ċans possibbli.

 

 

More in Politika