'L-ewwel prijorità huwa li jitla' Gvern Laburista...wara ma neskludix li nikkontesta'

Il-Ministru ta-Saħħa Chris Fearne ma jeskludix li jikkontesta għall-pożizzjoni ta' Deputat Mexxej tal-PL

Il-Ministru Chris Fearne
Il-Ministru Chris Fearne

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne filwaqt li qal li l-ewwel priorità tiegħu hija li jitla Gvern Laburista kkonferma illi jekk jerġa jitla' Gvern Laburista hu jkun interessat li jikkontesta il-kariga ta' Deputat Mexxej tal-Affarijiet tal-Parlament, li matul dawn is-snin kienet okkupata minn Louis Grech. Grech, iddeċieda li ma jerġax jikkontesta l-elezzjoni minħabba raġunijiet personali, li huwa mifhum illi huma minħabba raġunijiet ta saħħa. 

Fearne ħabbar dan f'intervista mal-gazzetta Malta Independent. Ikkuntattjat minn dan is-sit, Fearne ikkonferma għalkemm sostna li f'dan il-punt l-ewwel priorità tiegħu huwa li jitla Gvern Laburista. 

Fearne huwa wieħed mill-aktar Ministri popolari fl-aħħr snin, bi ftit jekk xejn kritika ssir fil-konfront tiegħu mill-PN. 

More in Politika