‘Stennew iktar fabrikazzjonijiet u falsifikazzjonijiet f’dawn l-aħħar 12-il jum’

Joseph Muscat jgħid kif meta tkun Prim Ministru trid tiddeċiedi u mhux tinnegozja...jgħid kif il-koalizzjoni hi ‘periklu kbir li għandu l-pajjiż’

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jindirizza Mass Rally fil-Ħamrun | ritratt: Chris Mangion
Il-Prim Ministru Joseph Muscat jindirizza Mass Rally fil-Ħamrun | ritratt: Chris Mangion

Il-Prim Ministru Joseph Muscat wissa li fit-12-il ġurnata li ġejjin qabel l-elezzjoni ġenerali, “stennew iktar fabbrikazzjonijiet u falsifikazzjonijiet, għaliex meta tkun dahrek mal-ħajt, ma jifdallek xejn iktar xi tgħid.”

Waqt li kien qed jindirizza folla entużjasta li laqgħetu fil-Ħamrun għal mass rally, Joseph Muscat tkellem ukoll dwar il-koalizzjoni bejn il-PN u l-PD u qal li “issa din il-koalizzjoni m’għadhiex tad-daħk imma hi kwistjoni serja, għaliex il-pajjiż ma jaffordjax li jkollu Prim Ministru li kull filgħodu ikollu jinnegozja ma’ xi ħadd.” Muscat żied jgħid li meta tkun Prim Ministru, ma tistax tinnegozja għal kull kwistjoni, imma trid tieħu deċiżjoni.

Muscat kompla jgħid kif waqt laqgħa ma’ NGOs ambjentali iktar kmieni llum, il-Kap tal-PN u l-Kap tal-PD lanqas qablu fuq kwistjonijiet bażiċi, bħall-kaċċa u l-bini ta’ racetrack għall-karozzi.

Fil-Ħamrun, qalb għajjat ta’ ‘Joseph, Joseph’, Muscat qal kif il-Partit Laburista, bil-fatti wettaq matul dawn l-erba’ snin u żamm il-wegħdiet li kien għamel, fejn elenka għadd ta’ miżuri li wettaq dan il-gvern matul din il-leġiżlatura, fosthom it-traħħis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, l-iskema tal-first time buyers u t-tablets għall-istudenti tar-raba’ sena.

ritratt: Chris Mangion
ritratt: Chris Mangion
ritratt: Chris Mangion
ritratt: Chris Mangion

More in Politika