'L-aħħar darba li gidbet fuqi kella tiskuża ruħha'

Saviour Balzan se jieħu azzjoni legali kontra Daphne Caruana Galizia wkoll...

Wara  l-Prim Ministru, Konrad Mizzi u Keith Schembri, dalgħodu kien imiss lill-Editur Maniġerjali tal-Media Today, Saviour Balzan biex jiftaħ libell fil-Qorti kontra Daphne Caruana Galizia. Dan wara li dalgħodu fil-blogg tagħha, Caruana Galizia kitbet dwar allegati telefonati li Balzan suppost irċieva mingħand Keith Schembri. Minn kumment li rrisponda bih Balzan fuq facebook, huwa għamilha biċ-ċar li se jieħu azzjoni legali kontriha.

Saviour Balzan kiteb li l-aħħar darba li ħa azzjoni legali kontra DCG hija kellha tiskuża ruħha talli vvintat gidba fuqhu. Huwa żied jgħid li dak li qed tagħmel bħalissa hija skema li l-blogger tagħmel waqt kull elezzjoni. Balzan żied jgħid li f'pajjiż Demokratiku huwa jista' biss jirrikorri għall-liġi biex jiddefendi d-drittijiet tiegħu.

More in Politika