Miriam Dalli l-aħjar MPE fis-settur tas-saħħa Pubblika

Wara li ġiet it-tieni fil-kategorija tal-ambjent hi rebħet l-ujnur tal-aqwa MPE fis-settur tas-saħħa pubblika....Marlene Mizzi kontra kull mistenni ma rebħitx l-unur tal-aqwa MPE fis-settur tal-benesseri tal-annimali

Miriam Dalli kompliet turi l-kompetetnza tagħha bħala membru Parlamentari Ewropew meta ġunata wara li hi ġiet ivvutata bħala t-tieni l-aqwa membru Parlamentari fis-settur tal-ambjent wara it-Taljan La Pia, fis-serata li jingħataw l-unuri kollha lil Membri parlamentari li jkunu spikkaw fis-settur li jaħdmu fih, Dalli ġiet vvutata bħala l-aqwa MPE fis-settur tas-saħħa pubblika.

Dalli  hi msemmija għal kemm tippromwovi għal sforzi akbar f-Unjoni ewropea biex jittakkijaw il-kankru tas-sider u biex l-Ewropa tippromwovi trattamenti immirati lejn il-kanċer fit-tfal. Miriam Dalli hi magħrufa wkoll li f’Malta tilgħab parti kbira fil-kawża tal-awtiżmu. Filwaqt li tiġġieled favur is-saħħa mentali u kontra l-bullying fejn fil-fatt hu l-ambaxxatriċi tal-grupp dwar is-saħħa mentali, Richomd Foundation. 

Is-serata tal-lejla fis-sala ta’ Concert Noble fi Brussell qed tkun  preżentata minn Roberta Metsola li rebħet dan l-unur fl-aħħar sentejn konsekuttivi u hi meqjusa waħda minn 20 żagħżugħa l-aktar ‘outstanding’ fid-dinja

Marlene Mizzi hi finalista fil-kategorija tal-Iżvilupp agrikolu u Rurali kienet fost il-favoriti li wkoll tirbaħ l-unur tal-aqwa MPE f'dan is-settur iżda kontra kull mistenni ma ntrebħitx minnha.

 

More in Politika