Pirotta: 'Riżultat ta' referendum ma naċċettawhx meta jogħġobna biss'

Il-Professur Godfrey Pirotta jgħid li d-deċiżjoni tal-poplu tar-Renju Unit kienet ċara u teħtieġ tkun rispettata 

Jekk mhux se naċċettaw ir-riżultat ta' referendum..mela ma nagħmlu referendum xejn
Jekk mhux se naċċettaw ir-riżultat ta' referendum..mela ma nagħmlu referendum xejn

Il-Professur Godfrey Pirotta fetaħ baraxx kritika permezz tal-paġna tiegħu ta' Facebook illi fiha saħaq li huwa inutli li nagħmlu referendum biex imbagħad naċċettawh biss meta r-riżultat ikun jogħġobna. "Ikun għalxejn", sostna Pirotta, "li jkollna referendum jekk imbagħad tiddeċiedi tinjorah". Huwa kien qed jirreaġixxi għal sentiment lokali u madwar l-UE ta' dubji li qamu fir-rigward tar-referendum li sar fir-Renju Unit. 

"Ma tistax taqbel ma' riżultat ta' referendum meta jikkonforma ma' dak li jogħġob lilek biss" qal Pirotta illi fakkar kif minkejja li hu ma kienx kuntent bir-referendum li sar f'Malta dwar il-kaċċa xorta aċċetta r-riżultat. "Minn naħa l-oħra jien kont kuntent bir-riżultat tar-referndum tad-divorzju u xxukkjat li l-Gvern ta' dakinhar seta' ma kienx qed jaċċettah." Il-Professur Pirotta kompla jgħid li jekk mhux se jkun hemm rispett għal riżultat ta' referendum għax ma jikkonformax ma dak li naħsbu "naqbu u ma nagħmlux iktar referendums."

ir-riżultat seta' kien wieħed minn tnejn biss, jibqgħu jew jitilqu mill-UE. Ir-riżultat ħareġ, għixu bih. Profs Godfrey Pirotta

Huwa saħaq li r-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit jeħtieġ ikun rispettat, "il-partiti kollha aċċettaw li jsir referendum għax din kienet wegħda  elettorali tal-Partit Konservattiv, ir-riżultat seta' kien wieħed minn tnejn biss, jibqgħu jew jitilqu mill-UE. Ir-riżultat ħareġ, issa għixu bih."

Il-Professut Pirotta temm jgħid li riżultat bħal dak ta' din il-ġimgħa ma joħroġx mix-xejn, "ilu ġej u xi politikanti illum huma xxukkjati filwaqt li nsew li kienu huma stess li kkontribwew għar-riżultat. Ħafna drabi kienu huma li weħħlu fl-UE għall-fallimenti tagħhom. Issa, qed jaħsdu dak li żergħu."  

 

More in Politika