Jason Micallef jiftaħ attakk feroċi fuq min qed 'itaqqab il-vapur tal-Gvern'

....għalkemm ma jsemmix ismijiet Jason Micallef jiftaħ attakk fuq nies, mingħajr ma jsemmi isimhom, li huma "egoċentriċi" "egoisti" u "bla xaba'"  u li jaħsbu li hujma "untouchable" 

Għal min qed jirreferi Jason? Għal Konrad Mizzi?
Għal min qed jirreferi Jason? Għal Konrad Mizzi?

L-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista u Chairman tal-V18 Jason Micallef fetaħ attakk feroċi li jidher illi huwa indirizzat għal nies fil-Gvern jew li jiffurmaw parti mill-Partit Laburista. Fi status fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook Micallef jgħid illi hija ħasra li l-1 ta' Mejju ta' din is-sena  "jinsab imtappan mill-egoiżmu sfrenat ta' min jinsab bla xaba' fil-kilba bla qies ghall-flus u l-poter."

Micallef ikompli l-attakk tiegħu fuq nies li ma jissemmmewx b' isimhom, għalkemm kollox jindika li qed jirreferi għal Konrad Mizzi b'mod speċjali. Huwa jgħid li l-kilba għal flus wasslu lil din il-persuna "egocentrika" tħossha li hija untouchable  "anke meta jkun taqqab il-vapur b'detriment ghall-kaptan u l-passiggieri ġenwini li jkun ilhom fuq il-vapur fil-bnazzi u l-maltemp."

More in Politika