Castaldi Paris jikkritika lil PN għax ma keċċiex lil Austin Gatt...Franco Debono jfakkru meta kien ifaħħar lil Gonzi

"Dak z-zmien Dr Gonzi kien fil-poter u l-habib tieghi Dr Castaldi Paris kien qed jincensah. Illum Jospeh Muscat qiegehd fil-poter u qed jincensa lilu"

Fil-Blog tiegħu, Franco Debono ħareġ jattakka lil eks uffiċċjal tal-PN illum konvertit mal-moviment tal-Labour, wara li fil-programm Realta fuq PBS, dan staqsa għaliex Simon Busuttil ma keċċiex lil Austin Gatt mill-PN. Franco Debono qal li meta hu fl-2011 ħareġ kontra Austin Gatt, Ian Castaldi Paris kien tela fuq il-podju tal-Kunsill tal-PN u għamel eloġju fuq Gonzi.

Il-blog ta' Franco Debono jgħid eżatt hekk:

Qed nara lil habib tieghi Ian Castaldi Paris jilmenta fuq Realta’ fuq PBS, kif Simon Busuttil ma nehhiex lil Austin Gatt mil-Partit Nazzjonalista. Kieku ridt naghmel bhal siehbi Castaldi Paris kont nigi misteden aktar spiss fuq Realta’! Ghandi kull rispett lejn Brian Hansford, nemmen li bniedem genwin u jaghmel xoghlu mill-qalb.

Ian tifel sew u ghandi kull rispett lejh, nirrispettah ta’ habib, pero jidher li ghandu memorja qasira.

F’Novembru tal-2011 jiena kont ghadni kif astjenejt f’vot Parlamentari fil-konfront ta’ Austin Gatt fost insulti u theddid fil-konfront tieghi. Kelli kuragg niehu posizzjoni fil-konfront ta’ Austin Gatt. Jekk tisma’ lil Ian Castaldi Paris illejla timmagina li dak in-nhar kien vociferu kontra Austin Gatt. Pero’ jekk niftakar sew kien tela’ jitkellem warajja f’Kunsill Generali li kien sar fl-istess zmien f’Novembru 2011, u jekk niftakar sew tghidx kemm incensa lil Dr Gonzi.

Dak z-zmien Dr Gonzi kien fil-poter u l-habib tieghi Dr Castaldi Paris kien qed jincensah. Illum Jospeh Muscat qiegehd fil-poter u qed jincensa lilu.

Ghaziz Ian, jista’ jkun  li Simon Busuttil dak z-zmien m’ghamel xejn biex jitnehha Austin Gatt, ghax nies bhalek, ghaziz Ian kienu qed jincensaw l-istatus quo fil-Partit Nazzjonalista, jew ma kienux qed jaghmlu bizzejjed biex jibdluh. Sa fejn naf jien qatt ma sibt appogg, jew ftit li xejn,  minn Ian meta tant ridt nibdel l-affarijiet fil-PN.

Wara t-telfa Ian kif kellu kull dritt jaghmel, u nirrispetta pjenament d-decizjoni tieghu,  issieheb fil-Partit Laburista. Ghal kuntrarju, jien dejjem ghamiltha cara, minkejja li kien ikun ferm facli u ta’beneficcju ghalija niddikjara mod iehor, li minix membru tal-Partit Laburista jew tal-Moviment. Ghandi hafna rispett lejn l-esponenti tal-PL u politici validi bhal Varist, Edward Scicluna u hafna ohrajn.

Ian kien ifahhar lil Gonzi fil-gvern u illum ifahhar lil Muscat fil-gvern . Jiena kelli l-kuragg nikkritika ‘l Gonzi fil-gvern ,  u illum fejn jidhirli nikkritika l-operat tal-gvern ta’ Muscat. Karl Gouder, li ppartecipa fl-istess programm, kien jiddefendi lil PN fil-gvern u llum jiddefendi lil PN fl-Opposizzjoni.

L-aktar difficli tikkritika l-gvern sew tal-bierah sew tal-llum.

Normali tiddefendi partit tieghek fil-gvern u tiddefendih fl-Opposizzjoni.

L-ehfef tiddefendi lil kull min ikun fil-gvern. Qed naghmilha cara daqs l-kristall li mhux qed nirreferi ghal Ian, li nafu bhala persuna genwina, pero’ min jaghmel hekk jista’ jesponi ruhu ghal percezzjoni ta’ opportunizmu. Nerga’ nghid li mhux b’riferenza ghal Ian.

Sincerament nsellem lil Ian u nawguralu kull success. Nsellem ukoll lil partecipanti l-ohra kollha fil-programm Realta’.

More in Politika