[Ara l-Filmat] Ma tistax tgħid il-'Missierna' għax toffendi n-nies

Riklam bit-talba tal-Missierna projbit milli jidher fiċ-ċinema għax "iweġġa" lil dawk ta' reliġjonijiet oħrajn

Parti mir-riklam li kien projbit fiċ-ċinemas Ingliżi
Parti mir-riklam li kien projbit fiċ-ċinemas Ingliżi

Riklam bit-talba tal-missierna li sar biex iħeġġeġ nies minn madwar id-dinja, iżda speċjalment fir-Renju Unit, biex jitolbu kien projbit milli jidher fiċ-ċinema, fil-parti fejn jintwerew ir-riklami, mill-aġenzija Digital Cinema Media. Skont din l-aġenzija dan ir-riklam li juri diversi tipi ta' nies , fosthom raħħal, isqof, bodybuilder u koppja li se jiżżewġu, jitolbu joffendi lil dawk li għandhom reliġjon differenti. 

Dan huwa l-filmat li kien projbit. Inħallu f'idejn il-qarrejja ta' dan is-sit biex jiddeċiedu kemm dan ir-riklam huwa magħmul biex joffendi reliġjonijiet oħrajn

More in Politika