Għada l-Parlament tar-Renju Unit jivvota dwar l-attakki fis-Sirja

Il-Partit Laburista Ingliż jagħti 'free-vote'

Għada l-Parlament tar-Renju Unit jiddeċiedi dwar is-Sirja
Għada l-Parlament tar-Renju Unit jiddeċiedi dwar is-Sirja

Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron huwa kunfidenti li għada se jkun qed jirbaħ vot dwar l-ibumbardjar tas-Sirja. Dan il-vot Parlamentari jiġi wara li f'Malta, waqt iċ-CHOGM, Cameron fetaħ il-kanuni fuq Bashar Al Assad u indika li dan ma jistax ikun parti mill-pjani tas-Sirja għall-futur.

Il-Partit Konservattiv li jmexxi Cameron huwa jemmen li wasal iż-żmien li r-Renju Unit jingħaqad mal-qawwiet tal-Punent biex jattakkaw l-Istat Iżlamiku li huwa responsabli għal mewt ta' 130 persuna f'Pariġi.

L-azzjoni li qed nieħdu hija parti minn strateġija aktar wiesa, strateġija politika, diplomatika u umanotarja....għandna bżonn Gvernijiet b'saħħithom li ji9rrapreżentaw lin-nies tagħhom, kemm jekk Sunni, Shia, Kur jew Kristjani" sostna Cameron.

Intant il-mexxej Laburista Jeremy Corbyn diġa wera' l-oppożizzjoni tiegħu għal interventi fis-Sirja, pożizzjoni li ma niżlitx tajjeb ma' ċerti fazzjonijiet fil-Partit Laburista Ingliż. Fil-fatt huwa se jkun qed jagħti 'free vote' lid-Deputati Laburisti li se twassal biex Cameron ikollu l-maġġoranza li għandu bżonn biex ir-Renju Unit jiftaħ il-kanuni fuq is-Sirja.

 

 

 

 

 

More in Politika