Il-Gvern: Beppe huwa giddieb

ikomplu l-botti u r-risposti din id-darba dwar stqarrija tal-PN u s-sigurta' ta nies minn Tas-Slimiżi, Swieqi u San Ġiljan

Il-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami
Il-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami

Il-Gvern ħareġ stqarrija illi fiha wieġeb lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista dwar katina ta' serqiet f'Tas Sliema, li l-istess Oppożizzjoni attribwiet għall-Gvern, u akkuża lill-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami li huwa "giddieb". Il-Gvern akkużah b'dan hekk kif allega li l-ewwel stqarrija li ħareġ dwar il-każ tgiddeb l-ewwel waħda u sostna illi jekk Fenech Adami u l-PN igiddbu lil xulxin "ara kemm jigdbu aktar mal-poplu". 

Fl-istqarrija tiegħu l-PN qal illi s-serq u l-kriminalita' f'Tas-Sliema, Swieqi u San Ġiljan huma frott l-inkompetenza tal-Gvern. Fenech Adami akkuża lill-Gvern li qed jaħrab mir-responsabilita' tiegħu u qed jgħid lir-resdienti biex jibqgħu d-dar u jaħdbu l-affarijiet li għandhom li jiswew il-flus. 

Filwaqt li wera' solidarjeta' mar-residenti Fenech Adami qal illi minflok il-Gvern jonfoq il-miljuni fi ftehim "korrotti" imissu jinvesti aktar fil-korp tal-Pulizija. 

More in Politika