Sas-sajf mistennija joħorgu r-regolamenti dwar l-użu tal-karozzini fit-toroq

Il-qafas jinkludi  l-użu stradali ta' bhejjem u vetturi miġbuda minn bhima
 

"Ir-regolamenti dwar l-użu stradali ta' bhejjem u vetturi miġbuda minn bhima jinsabu fl-aħħar stadju ta' tħejjija. Dawn huma mistennija li jkunu approvati u sussegwentament ippubblikati sas-sajf li ġej." Dan qalu l-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi wara mistoqsija parlamentari li saritlu mill-MP Marthese Portelli.

Portelli staqsiet għal data indikattiva dwar meta ser ikun lest il-proċess ta' konsultazzjoni dwar l-qafas regolatorju dwar l-użu tal-annimali fit-triq - kif ukoll meta ser ikun lest dan il-qafas regolatorju.

Mizzi wieġeb li l-konsultazzjoni marbuta ma' dan il-qafas ġiet konkluża u b'hekk ir-regolamenti mistennija jiġu approvati u ppubblikati sas-sajf li ġej.

L-użu ta' karozzini u vetturi oħra miġbuda minn bhejjem sar suġġett aktar kontroversjali hekk kif bosta jinstabu mħassba dwar xi każijiet ta' maltrattamenti fuq l-annimali, b'mod partikolari fix-xhur sħan tas-sajf.
 

More in Politika