L-Alternattiva Demokratika wkoll titlob għar-riżenja ta' Mallia

"Il-Ministru Mallia hu responsabbli għall-għemil li jwettqu l-ħaddiema tiegħu"

Carmel Cacopardo
Carmel Cacopardo

"Il-Ministru Mallia għandu jirreżenja jew inkella jitwarrab immedjatament. Għandu jerfa' r-responsabbiltà politika għax ultimament huwa responsabbli għal dak li jagħmlu l-ħaddiema tiegħu." Dan qalu Carmel Cacopardo Deputat Chairperson tal-Alternattiva Demokratika.

"Mhux aċċettabbli li l-ħaddiema madwar il-Ministru responsabbli mill-Pulizija jisparaw fuq in-nies. Prim Ministru serju kien immedjatament jitlob għar-riżenja ta' dan il-Ministru. Jekk dan ma jsirx ikun ifisser li issa huwa aċċettabbli li xufiera u ħaddiema madwar Ministru jqisu li huma 'l fuq mil-liġi, u li ħadd ma jista' jmisshom," ikkonkluda Carmel Cacopardo.

Din hija t-tweet li għadu kif tefa' ċ-ċermen tal-Alternattiva Demokratika, Arnold Cassola.

Din hija t-tweet li ntbagħtet mill-kont tal-Alternattiva Demokratika

More in Politika