OLAF tinvestiga lil Buhagiar dwar allegat abbuż ta’ fondi Ewropej

L-Aġenzija Ewropea kontra l-Frodi (OLAF) qed tinvestiga l-iżviluppatur Kurt Buhagiar, bħalissa akkużat bl-omiċidju nvolontarju ta’ Jean Paul Sofia, minħabba allegat abbuż ta’ fondi ewropej

L-iżviluppatur Kurt Buhagiar,  bħalissa akkużat bl-omiċidju nvolontarju ta’ Jean Paul Sofia, qed jiġi investigat mill-OLAF
L-iżviluppatur Kurt Buhagiar, bħalissa akkużat bl-omiċidju nvolontarju ta’ Jean Paul Sofia, qed jiġi investigat mill-OLAF

L-Aġenzija Ewropea kontra l-Frodi (OLAF) qed tinvestiga l-iżviluppatur Kurt Buhagiar, bħalissa akkużat bl-omiċidju nvolontarju ta’ Jean Paul Sofia, minħabba allegat abbuż ta’ fondi ewropej. 

 Kien il-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Peter Agius illi għamel ir-rapport lill-aġenzija. Ifakkar dwar dan f’intervista mal-ILLUM, Agius qal li Buhagiar ħa tlett fondi minn skemi differenti, għal “razzett tan-nagħaġ.” Minflok, skont Agius, Buhagiar bena villa, b’drive-in u garaxx f’art ODZ. 

 “Dan meta bdiewa ġenwieni, bdiewa li jridu jaqilgħu x’jieklu min-nagħaġ tagħhom, ġieli ma jarawx sold mill-istess skemi,” Agius qal lill-ILLUM. 

 Minn investigazzjoni indipendenti, Agius skopra li Buhagiar l-ewwel darba ħa €150,000, l-iktar li tista’ tieħu f’dik is-sejħa li ħarġet. It-tieni darba ħa €136,000, “biex ikompli jkabbar ir-razzett” u t-tielet darba ħa €62,000.   

“Issa jiena mort fuq il-post, u ma rajt l-ebda nagħġa, ma rajt l-ebda ħaġa li turi li dan hu razzett,” Agius qal.  

Il-kandidat ikkonferma li OLAF, fi klemu, “istituzzjoni rispettata,” qed tinvestiga jekk sarux abbużi mill-fondi tal-UE.   

Aqra aktar fl-intervista li l-kandidat Peter Agius kellu ma' dan is-sit.

More in Kronaka