Żewġ żgħażagħ jinqabdu bejn sema u ilma wara dawra bil-kayak f'Buġibba

Żewġ ġuvintur, it-tnejn ta' 17-il sena, nqabbdu fuq il-baħar iktar kmieni illum, wara li r-riħ għamilha diffiċli għalihom biex jirritornaw minn vjaġġ bil-kayak

Is-subien, it-tnejn ta 17-il sena, telqu bil-kayak minn Buġibba. (Ritratt: Google Maps)
Is-subien, it-tnejn ta 17-il sena, telqu bil-kayak minn Buġibba. (Ritratt: Google Maps)

Żewġ ġuvintur nqabbdu bejn sema’ u ilma iktar kmieni illum, hekk kif ir-riħ għamilha diffiċli għalihom biex jirritornaw minn vjaġġ bil-kayak.

Stqarrija mill-Forzi Armati ta’ Malta spjegat kif żewġ minorenni sabu ruħhom f’diffikultà u kellhom bżonn l-assistenza, wara li ċ-ċattra li kienu fuqha inqatgħet mill-bajja minħabba r-riħ qawwi fl-inħawi.

Il-Malta Rescue Coordination Centre immedjatament bagħat bastiment tal-Forzi Armati ta’ Malta u salva lill-minur..

"Iż-żewġ minorenni ngħataw lill-istaff mediku għal aktar attenzjoni," l-istqarrija kompliet tgħid.

Il-pulizija qau lill-ILLUM illi huma rċevew telefonata madwar s-1:30pm u sakemm l-Firzi Armati assistew liż-żgħażagħ, huma kienu diġà sabu l-għajnuna minn dagħjsa fil-viċin.

Is-subien, it-tnejn ta 17-il sena, telqu bil-kayak minn Buġibba, u ddaħlu lura minn post viċin San Pawl il-Baħar.

Il-Forzi Armati ta’ Malta ħeġġu lill-pubbliku ġenerali biex jiżgura s-sigurtà tiegħu u jsegwi kwalunkwe twissijiet tat-temp maħruġa.

More in Kronaka