Mara tweġġa’ f’ħabta ta’ tliet karozzi fi Triq Reġjonali

Evita Triq Reġjonali, Santa Venera, direzzjoni lejn il-Marsa • Mara ta’ 48 sena ttieħdet l-isptar wara aċċident tat-traffiku taħt il-mini

Mara ta’ 48 sena ttieħdet l-isptar wara aċċident tat-traffiku taħt il-mini ta’ Triq reġjonali, Santa Venera.

Il-pulizija qalu li tlett karozzi ħabtu fis-1:45pm, kollha kienu qed isuqu ‘l isfel, direzzjoni Mara/Qormi.

Il-vittma, mill-Mosta, kienet qed issuq Daihatsu Boon meta kienet involuta f’ħabta ma’ Peugeot 107, misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena mill-Kalkara, u karozza oħra misjuqa minn raġel ieħor, ta’ 43 sena, minn Birkirkara.

Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhux magħrufa, iżda l-ġrieħi mhux ta’ natura serja.

Il-pulizija qed jinvestigaw l-aċċident.

More in Kronaka