Numru ta’ muturi ġodda jingħaqdu mat- taqsima tal-Pulizija tat-Traffiku

Numru ta’ muturi ġodda ser jingħaqdu mat- taqsima tal-Pulizija tat-Traffiku flimkien ma' scooters li ser jintużaw mis-Central Delivery Office

Uħud mill-muturi u scooters ġodda tal-Pulizija
Uħud mill-muturi u scooters ġodda tal-Pulizija

Waqt l-inawgurazzjoni il-Ministru responsabbli Byron Camilleri flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà ħabbru l-investiment ta’ 600,000 li mistenni jkompli jtejjeb l-operat tat-taqsima.

Barra minn hekk ġiet inawgurata wkoll flotta ta’ 22 scooter li se tintuża mis-Central Delivery Office sabiex permezz tagħha jitqassmu r-riferti tal-Qrati madwar Malta u Għawdex, fost xogħol ieħor. 

Il-Ministru Byron Camilleri qal Dawn il-muturi huma mogħnija b’diversi safety features, u b’dan il-mod il-ħaddiema fil-Korp tal-Pulizija jkunu jistgħu jgħaqqdu bl-aħjar mod id-dover u l-irwol tagħhom fil-komunitajiet tagħna. Qed nibqgħu ninvestu fit-taqsima tat-traffiku anke bil-għan li fix-xhur li ġejjin nimplimentaw il-miżura tal-budget ta’ Roads Policing, li hi xi ħaġa ġdida, b’aktar teknoloġija fil-Korp tal-Pulizija,”.

Mill-banda l-oħra, il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà sostna li dan l-investiment se jwassal għal iktar sigurtà li se jkompli jtejjeb l-effiċenza fil-komunità tal-Pulizija.

More in Kronaka