Raġel imut wara li sab diffikultà f'pixxina ta' residenza fiż-Żurrieq

Il-każ seħħ it-Tnejn filgħaxija għall-ħabta tas-7:00pm fi Triq il-Kbira fiż-Żurrieq

Raġel ta' 70 sena miet wara li sab ruħu f'diffikultà waqt li kien qed jgħum f'pixxina ta' residenza privata it-Tnejn filgħaxija.

Il-Pulizija kienu infurmati bil-każ għall-ħabta tas-7:00pm, hekk kif daħlilhom rapport li kien hemm persuna mitlufa minn sensiha f'residenza fi Triq il-Kbira fiż-Żurrieq.

Il-Pulizija marru fuq il-post flimkien ma' tim mediku mill-Isptar Mater Dei, u meta waslu sabu r-raġel fil-pixxina mejjet.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit u ħatret inkjesta. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka