Xufier ta' mutur iweġġa' gravi wara ħabta ma' karozza

L-inċident seħħ fi Vjal Sir Paul Boffa, Raħal Ġdid

Indjan ta' 33 sena, residenti s-Swieqi, għal ħabbta tal-10:15p.m. ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa' f'inċident tat-traffiku fi Vjal Sir Paul Boffa, Raħal Ġdid. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Suzuki Swift misjuqa minn raġel ta' 21 sena mill-Isla u mutur Peugeot Tweet misjuq mill-vittma. 

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b'ambulanza u ġie iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka