Mara ta' 72 sena bi ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura

L-inċident seħħ dalgħodu f'Birżebbuġa

Aktar kmieni illum, għall-ħabta tad-8:45 a.m. il-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li mara ta' 72 sena, intlaqtet minn Isuzu ELF misjuq minn raġel ta' 22 sena minn Ħal Għaxaq. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei biex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, ġie iċċertifikat li qed issofri minn ġrieħi ta' natura gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin. 

More in Kronaka