Jiċħdu li serqu basket ta' anzjana li kellu fih tagħmir tas-smigħ, b'valur ta' €10,000

L-akkużati kellhom każijiet oħra ta' serq, fil-fatt wieħed minnhom kiser il-kundizzjonijiet ħelsien mill-arrest

Courier u uffiċjal tas-sigurtà ċaħdu li serqu bakset ta' mara anzjana li fiha kellha credit cards u tagħmir tas-smigħ (hearing aids) li kellu valur ta' €10,000. Dan qaluh dalgħodu quddiem il-Magistrat Donatella Frendo Dimech, fil-Qorti.

L-akkużati huma żewġ Indjani ta' 38 sena u 32 sena rispettivament. 

Huma qed jiġu akkużati li fit-2 ta' Jannar serqu lil mara ta' 72 sena f'San Pawl il-Baħar, għall-ħabta tas-1a.m. Huma akkużati wkoll li ppruvaw jiffrodawha. Wieħed mill-irġiel qiegħed jiġi akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest li ngħata fuq każ addizzjonali f'Diċembru tal-2020.

Intant l-Ispettur fakkar lill-Maġistat li l-akkużati ma kellhomx saqaf fejn joqgħodu u kienu jgħixu f'lukanda abbandunata fil-Gżira. Għaldaqstant ma ġiex mitlub il-ħelsien mill-arrest. L-akkużati  qegħdin jinżammu fil-Faċilita Korrettiva ta' Kordin minħabba każ separat ta' serq.

More in Kronaka