Raġel b'mutur jitlef il-kontroll u jsofri minn ġrieħi gravi

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa

Ilbieraħ, għal xil-9:45 p.m il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Ferrovija, Santa Venera. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel min-Nepal ta’ 44 sena u joqgħod l-Imsida, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq, tat-tip Kymco, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin

More in Kronaka