Weġġa' gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur u waqa'

L-inċident seħħ dalgħodu fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar

Għall-ħabta tal-10:00a.m., raġel ta' 40 sena minn Birkirkara ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa' f'inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Honda, tilef il-kontroll u waqa'. Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka