Sewwieq fil-periklu tal-mewt wara inċident matul il-lejl f'Ħ'Attard

raġel ta’ 27 sena residenti Ħ’Attard stess, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza Renault Clio li kien qed isuq u kellu impatt ma’ ħajt

Ix-xena tal-inċident
Ix-xena tal-inċident

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-2:15 a.m il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Oliver Agius, Ħ’Attard. Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 27 sena residenti Ħ’Attard stess, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza Renault Clio li kien qed isuq u kellu impatt ma’ ħajt.

Tim mediku ta l-assistenza fuq il-post u ambulanza ħadet lix-xufier l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

More in Kronaka