Żagħżugħ bi ġrieħi gravi wara li ttajjar f’Birżebbuġa

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7:00pm fi Triq San Ġorġ

Żagħżugħ ta’ 28 ena qed isofri ġrieħi gravi wara li ttajjar ilbieraħ filgħaxija f’Birżebbuġa.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7:00pm fi Triq San Ġorġ.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ż-żagħżugħ, residenti Birżebbuġa stess intlaqat minn Toyota Ist, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 56 sena.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ. 

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. 

More in Kronaka