Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 812 każ ġdid tal-Covid-19 u fiequ 240 persuna

12-il persuna oħra fl-Isptar Mater Dei iżda n-numru ta' pazjenti fl-ITU jibqa' stabbli 

Il-każi attivi ta' Covid-19 f'pajjiżna issa telgħu għal 13,260 hekk kif il-każi ġodda baqgħu jiżdiedu għal 812 fl-aħħar 24 siegħa. Dan filwaqt li fiequ 240 persuna. Madankollu ma ġie rrapportat l-ebda mewt kkawżat mill-Covid-19.

Intant il-każi ta' persuni fl-Isptar li huma pożittivi telgħu għal 122, filwaqt li n-numru ta' pazjenti li daħlu fit-taqsima tal-kura intensiva baqa' stabbli. 

Minn naħa l-oħra sa issa 227,648 persuna ħadet id-doża tal-Booster tal-Vaċċin. 

More in Kronaka