Malta ssejjaħ għal investigazzjoni dwar l-attakk li ħalla 40 immigrant mejjet fil-Libja

ll-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jappella għal aktar azzjoni biex immigranti f'riskju jingħataw il-protezzjoni

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ikkundanna l-attakk mill-ajru li seħħ ilbieraħ fuq fuq ċentru tad-detenzjoni tal-immigranti fi Tripli.

Dan l-attakk ħalla 40 persuna mejda u madwar 80 oħra midruba.

"Dan l-attakk inuman u insensittiv ifakkarna fir-realtà kerha tas-sitwazzjoni umanitarja fil-Libja u l-bżonn ta’ azzjoni konkreta li nipprevjenu milli l-istess sitwazzjoni tkompli tiddeġenera," saħaq il-Ministru. 

Insista li huwa "imperattiv li migranti f’riskju fuq il-front tal-gwerra u f’żoni perikolużi jiġu mċaqilqa mill-aktar fis possibbli għal żoni iktar siguri taħt is-superviżjoni tal-uffiċjali tal-Ġnus Magħquda."

Il-Ministeru Malti appella għal waqfien mill-ġlied bejn il-partijiet involuti f’kordinazzjoni mal-Missjoni Speċjali tal-Ġnus Magħquda fil-Libja (UNSMIL).

Malta qed issejjaħ ukoll għal investigazzjoni immedjata mill-Ġnus Magħquda sabiex jinstab u jinżamm responsabbli min kien wara dan l-attakk .

More in Kronaka