Qorti | Il-każ kostituzzjonali tal-Panama Papers jista' jkun deċiż mill-Maġistrat Mizzi

  • Il-Maġistrat Mizzi jsejjaħ għal seduta nhar it-8 ta' Novembru...hu jirtira fl-aħħar ta' Novembru
  • Kien l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil li talab għar-rikuża ta' Mizzi, minħabba martu Marlene Mizzi

Il-Maġistrat Antonio Mizzi u l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil
Il-Maġistrat Antonio Mizzi u l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil

Il-każ kostituzzjonai dwar l-inkjesta 'Panama Papers' jista' jkun deċiż mill-Maġistrat Antonio Mizzi, wara kollox. Dan wara li Mizzi ddeċieda li jsejjaħ seduta dwar il-każ nhar it-8 ta' Novembru, qabel ma fil-fatt jirtira fl-aħħar tax-xahar. Dan ifisser li hemm ċans illi jkun Mizzi illi jiddeċiedi fuq l-appell tal-Prim MInistru, fost oħrajn, dwar l-inkjesta fuq il-każ tal-Panama Papers

Dan wara deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali għar-rekuża tal-Maġistrat, liema rikuża intalbet mill-eks Kap tal-Oppożizzjoni u Deputat Nazzjonalista Simon Busuttil. Id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali kienet mibdula quddiem il-Qorti tal-Appell.

Kien Busuttil li għamel talba biex issir tali inkjesta fuq il-fatt li l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembru tal-PM fetħu kumpaniji rreġistrati l-Panama. Wara li l-Qorti sabet li kien hemm biżżejjed biex tibda inkjesta, din id-deċiżjoni kienet appellata mill-Prim Ministru, Keith Schembri u Konrad Mizzi flimkien man-negozjanti Brian Tonna, Karl Cini, Malcolm Scerri u Adrian Hillman.

L-appell kien skedat li jinstema' minn Mizzi, imma Simon Busuttil fetaħ il-każ kostituzzjonali illi fih talab li ssir ir-rikuża ta' Mizzi minħabba kunflitt potenzjali hekk kif martu hija l-MEP Laburista Marlene Mizzi.

Ladarba l-appell tal-Avukat Ġenerali ġie milqugħ, nhar it-8 ta' Novembru jibda jinstema' l-appell.

 

More in Kronaka