Jisker, iqajjem rebus fuq ajruplan u jeħel €1,500

...id-dettalji ta' dak li għamel fuq l-ajruplan jinstemgħu fil-magħluq

Passiġġier kien immultat iktar minn €1,500 wara li qajjem rebus fuq ajruplan hekk kif kien fis-sakra, waqt titjira. 

Minkejja li nstab ħati, l-informazzjoni dwar x'ġara fuq l-ajruplan u x'beda jagħmel ir-raġel ta' 31 sena baqa' sigriet hekk kif il-Maġistrat sema' dan ir-rakkont fil-magħluq. 

Ir-raġel weħel multa ta' €1,545, li l-Maġistrat iddeskriviet bħala 'kważi l-piena massima' u nstab ħati li pperikola s-sigurtà tal-ajruplan, li ndaħal fid-dmirijiet tal-membri tal-ekwipaġġ, li ġab ruħu b'mod abbużiv lejn l-ekwipaġġ, li kien fis-sakra fuq l-ajruplan, li kiser il-paċi u li m'obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija. 

L-Avukat Chris Chircop deher għall-akkużat. 

More in Kronaka