Direttivi għall-infermiera fl-isptarijiet u d-djar tal-anzjani kollha

L-MUMN tinforma lill-membri tagħha b'direttivi wara li waqgħu n-negozjati għall-ftehim settorjali għall-infermiera u qwiebel...

Il-Unjin Maltija għall-Infermiera  u l-Qwiebel (MUMN) għadha kif infurmat lill-membri kollha tagħha illi se tkun qed issejjaħ direttivi li se jkunu qed jolqtu s-servizz kollha tas-saħħa.

Fil-fatt dawk li tkellmu ma' dan is-sit qalu illi d-direttivi qed isiru għall-infermieri u/jew qwiebel fl-Isptar Mater Dei, inkluż dawk li jaħdmu fl-Emerġenza u d-Dipartiment tal-Out Patietnts, l-Isptar Pawlu Boffa, fiċ-ċentri kollha tas-saħħa madwar il-pajjiż, fl-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat Għawdex, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, fl-Isptar Monte Carmeli, San Vinċenz De Paule, il-Unit tal-Endeskopija u fit-teatri kollha tal-operazzjonijiet. 

Dan apparti li l-MUMN se tkun qed tifrex dawn id-direttivi ukoll fid-Djar tal-Anzjani kif ukoll fiċ-ċentri ta' kura fil-komunità. 

L-MUMN qed tavża lill-membri tagħha illi se tkun qed tagħti data għal meta se jidħlu fis-seħħ dawn id-direttivi. 

Kien dan is-sit li żvela kif l-MUMN se tkun qed tibda azzjoni industrijali, hekk kif l-istess unjin sostniet illi mhix kuntenta bil-proposti tal-Gvern f'dan il-qasam. 

More in Kronaka