L-MUMN tiddikjara tilwima industrijali dwar il-ftehim settorjali għall-infermiera u qwiebel

...tgħid lill-membri tagħha li ġej 'Sajf jaħraq'

L-MUMN tirreġistra tilwima industirjali...
L-MUMN tirreġistra tilwima industirjali...

In-negozjati għall-ftehim settorjali għall-infermieri u l-qbiela mal-Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN) jidher illi waqgħu bl-unjin saħansitra tirreġistra tilwima industrijali. 

F'ittra lill-membri tal-MUMN, is-Segretarju Ġenerali Colin Galea sostna illi l-ammont miżjud fil-Premium għall-infermieri għadu baxx ħafna, li l-iskema ta' irtirar kmieni tneħħiet mill-mejda tad-diskussjoni, li wħud mill-gradi ma kellhomx il-progress fil-karriera indirizzat fl-istruttura tal-paga u li kien hemm diversi punti oħrajn li tħallew barra. 

Fid-dawl ta' dan l-MUMN ħabbret illi qed tirreġistra tilwima industrijali b'effett immedjat u għalhekk se tiltaqa' biex tara x'passi tistà tieħu. 

Fl-ittra lill-ħaddiema Galea qal hekk; "Konna infurmajnikhom li ġej Sajf jaħraq u emmnuni se jkun Sajf jaħraq ferm."

More in Politika