Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Aġġornata | Jaslu l-akkużati tal-qtil ta' DCG taħt sigurtà stretta madwar il-Belt Valletta...

....Jwieġbu 'mhux ħatja' u l-assi tagħhom jiġu ffriżati

Albert Gauci Cunningham / 5 ta' Diċembru 2017 22:10
Jaslu l-akkużati l-Qorti...
Mumenti ilu l-akkużati fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia waslu fil-bini tal-Qorti fejn se jkunu qed jitressqu quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri

L-akkużati huma tlieta; Alfred Degiorio, George Degiorgio u Vince Muscat. Dawn it-tlieta huma kollha persuni magħrufin mal-Pulizija u t-tlieta b'xi mod marbutin ma' serqa minn fergħa tal-Bank HSBC fl-2010. Alfred huwa magħruf bħala l-'Fulu' u ħuħ George bħala ċ-'Ċiniż', Muscat magħruf bħala l-'Koħħu'. Id-Degiorgios huma magħrufin mal-Pulizija hekk kif għandhom passat kriminali.  Fil-fatt il-marki tas-swaba ta' Alfred kienu nstabu fuq oġġetti relatati ma' serq ta' vann tal-Group 4. Ħuh, minn naħa l-oħra kien involut f'każijiet ta' pusses ta' armi, droga u anke oġġetti wżati biex jinfetħu serraturi tad-djar. 

Iż-żona madwar il-Qorti kienet mgħassa minn sigurtà stretta ħafna. Għadu mhux magħruf x'se jkunu l-akkużi imma jidher li l-Pulizija għandha evidenza b'saħħitha biżżejjed biex takkużahom bil-qtil ta' Caruana Galizia.  Dalgħodu dan is-sit irrapporta kif iż-żewġt aħwa għandhom passat 'mċappas' b'reati vjolenti, stil tal-mafja

l-Ispettur Dennis Theuma (fil-bieb) mal-akkużati...
Aġġornata 10:45 p.m : Mill-Qorti...

L-Avukat tal-Għajnuna Legali huwa Benjamin Valenzia. Qed imexxu l-Prosekuzzjoni l-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra, filwaqt li qed imexxi l-Prosekuzzjoni l-Assistent Kummissarju Dennis Theuma.

Peter Caruana Galizia jinsab preżenti flimkien mal-Avukati tal-familja, Therese Comodini Cachia u Jason Azzopardi, li qed jidhru parte civile. 

'Mhux ħatja'...ma jingħatawx bail

It-tliet akkużati wieġbu 'mhux ħati' għall-akkużi miġjubin kontriehom. Minkejja dan il-Qorti ma tatx libertà proviżorjaIntant wara talba mill-prosekuzzjoni l-assi tat-tliet akkużati se jkunu ffriżati. 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook